Language of document : ECLI:EU:T:2012:103





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 — FLSmidth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/06)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Tul tal-ksur — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Responsabbiltà in solidum”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni —Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Kumpannija holding li għandha 100 % tal-kapital ta’ kumpannija intermedjarja li għandha l-kapital kollu ta’ sussidjarja tal-grupp — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 22-24, 26-40)

2.                     Kompetizzjoni — Multi — Evalwazzjoni skont l-aġir individwali tal-impriża —Rilevanza tal-assenza ta’ sanzjoni kontra operatur ekonomiku ieħor —Assenza (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 35)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 57-59, 63)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu —Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża — Limiti (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 5) (ara l-punti 78, 79)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Kumpannija parent u sussidjarji — Evalwazzjoni tal-kooperazzjoni ta’ dawn il-kumpanniji b’mod individwali. (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punti 83-86, 88-96)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), u, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija annullata sa fejn hija żżomm lil FLSmidth & Co. A/S responsabbli għall-ksur uniku u kontinwu previst fl-Artikolu 1(1) tagħha, matul il-perijodu bejn il-31 ta’ Diċembru 1990 u l-31 ta’ Diċembru 1991.

2)

2) L-ammont ta’ ħlas li għalih FLSmidth & Co. A/S hija responasabbli in solidum skont l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni C (2005) 4634, ġie stabbilit għal EUR 14.45 miljun.

3)

3) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

4) Il-Kummissjoni Ewropea u FLSmidth & Co. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.