Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 – Cortivo vs Il-Parlament

(Kawża F-52/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Koeffiċjent ta’ korrezzjoni – Stat Membru ta’ residenza – Kunċett – Residenza prinċipali – Residenza mqassma bejn żewġ Stati Membri – Dokumenti ta’ sostenn – Aspettattivi leġittimi)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Luisa Cortivo (Sagone, Franza) (rappreżentant: A  Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tinkludi l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti u li tneħħi l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.M. L. Cortivo għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.