Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-02/12/2013 – Pachtitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/12)

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06 – Aċċess għal dokumenti – Talba għal aċċess għar-risposti tat-testijiet ta’ aċċess – Annullament tar-riżultati tat-testijiet – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, sussegwentement minn P. Giatagantzidis u A. Féréti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. J. Currall u I. Chatzigiannis, sussegwentement minn J. Currall u D. Triantafyllou, aġenti)

Intervenjenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti)Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentant: H. Hijmans, aġent)DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.D. Pachtitis u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.Ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju tal-Isvezja u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-intervenjenti, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.