Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 – Arguelles Arias vs Il-Kunsill

(Kawża F-122/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Rexissjoni – Pożizzjoni okkupata li teħtieġ approvazzjoni tas-sigurtà – Approvazzjoni rrifjutata mill-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà – Deċiżjoni mibdula mill-korp tal-appell – Konklużjonijiet tal-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà u tal-korp tal-appell li ma jorbtux lill-Awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Arguelles Arias (Awans, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Lecuyer, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tkeċċi lir-rikorrenti u talba għal kumpens għad-danni materjali u morali subiti minnu.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Arguelles Arias għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.