Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Debaty vs Il-Kunsill

(Kawża F-47/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2012 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss – Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li tippreċedi dik li matulha deċiżjoni ta’ promozzjoni possibbli kien ikollha effett – Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-promozzjoni tal-uffiċjal ittrasferit)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Debaty (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AD proposti għal promozzjoni fl-2012.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.Pierre Debaty għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.