Language of document : ECLI:EU:C:2012:211





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2012 — Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill

(Kawża C-656/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kunsill — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni 2011/863/UE — Urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 27, 28)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 31-40)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Dannu li jista’ jiġi rreparat permezz tal-għoti ta’ kumpens fil-kuntest tar-rikors fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 41-46)

Suġġett

Talba sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/863/UE, tas-16 ta’ Diċembru 2011, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 341, p. 1), u sabiex jiġu stabbiliti miżuri provviżorji li għandhom l-istess għan.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.