Language of document : ECLI:EU:F:2012:155

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tieni Awla)

16 ta’ Novembru 2012

Kawża F‑50/12

Cătălin Ion Ciora

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/198/10 – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni – Appell – Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu C. Ciora jitlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/198/10, li ġie nnotifikat biha fit-3 ta’ Marzu 2011, li ma taċċettax il-kandidatura tiegħu.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

Uffiċjali – Rikorsi tal-uffiċjali – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Natura fakultattiva – Introduzzjoni – Konsegwenzi – Osservanza tar-rekwiżiti proċedurali marbuta mal-mezz ta’ lment imressaq qabel

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Ir-rimedju disponibbli fir-rigward ta’ deċiżjoni ta’ bord tal-għażla ta’ kompetizzjoni jikkonsisti normalment f’kawża diretta quddiem il-Qorti tal-Unjoni. Madankollu, jekk il-persuna, minflok ma tirreferi direttament lejn qorti tal-Unjoni, tiddeċiedi li l-ewwel iddur kontra l-amministrazzjoni permezz ta’ lment amministrattiv, l-ammissibbiltà tar-rikors kontenzjuż ippreżentat sussegwentement kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ dak l-ilment tkun tiddependi mill-osservanza, min-naħa tal-persuna kkonċernata, tar-rekwiżiti proċedurali kollha marbuta mal-ilment imressaq qabel.

(ara l-punti 18 u 20)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 31 ta’ Mejju 2005, Gibault vs Il-Kummissjoni, T‑294/03, punt 22

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 23 ta’ Novembru 2010, Bartha vs Il-Kummissjoni, F‑50/08, punt 25