Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nîmes (Franza) fit-28 ta’ Frar 2014 – Jean-Claude Van Hove vs CNP Assurance SA

(Kawża C-96/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nîmes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean-Claude Van Hove

Konvenuta: CNP Assurance SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ klawżola li tirrigwarda d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkopri klawżola stipulata f’kuntratt ta’ assigurazzjoni intiż li jiggarantixxi t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet dovuti lill-persuna li ssellef fil-każ ta’ inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef, li teskludi lill-assigurat mill-benefiċċju ta’ din il-garanzija jekk jiġi ddikjarat li huwa jista’ jeżerċita attività mhux imħallsa?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.