Language of document : ECLI:EU:F:2013:28

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

28 ta’ Frar 2013

Kawża F‑47/12

M

vs

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 69(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim bejn il-partijiet fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106A tiegħu, li bih M jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Settembru 2011 li biha l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) irrifjutat li tagħtih l-allowance tal-invalidità.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑47/12, M vs EMA, tħassret mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara li ntlaħaq ftehim bejn M u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. M u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69(3))