Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-16/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda fir-rigward tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
jiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2013 li d-drittijiet għall-pensjoni li r-rikorrent kiseb qabel id-dħul fis-servizz tiegħu jiġu akkreditati, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema tal-pensjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.