Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs KESE

(Kawża F-20/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Nikolajsen, avukat)

Konvenuta: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha, skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad lir-rikorrenti, għas-sena 2013, il-benefiċċju mogħti mill-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013;tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.