Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – ZZ vs CdT

(Kawża F-12/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: N. Cambonie, D. Ciolino u E. Macchi, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal sabiex tiġi adottata deċiżjoni ta’ apoloġija u ta’ kumpens għad-dannu li huwa allegatament sostna.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tas-CdT, jew inkella tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ittra tal-avukat li jirrappreżenta lis-CdT bid-deċiżjoni tal-10 ta’ April 2013, u sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni konfermatorja tas-CdT tat-8 ta’ Novembru 2013 li tiċħad it-talba għal teħid ta’ deċiżjoni tar-rikorrent;jiddikjara lis-CdT responsabbli għad-danni sostnuti mir-rikorrent, u għaldaqstant jalloka d-danni lir-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 306 733.60 għad-dannu materjali u EUR 130 000 għad-dannu morali, jew kwalunkwe somma oħra superjuri li għandha tiġi ddeterminata mit-Tribunal, jew minn opinjonijiet ta’ esperti;jikkundanna lis-CdT għall-ispejjeż.