Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-28/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, li jirrexxindu l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent, li jirrifjutaw li jisimgħuh għal fatti ta’ fastidju psikoloġiku, li jiċħdu t-talba tiegħu li jiġi maħtur investigatur estern u li l-ilment tiegħu jiġi rreġistrat bħala talba.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2013 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea (RGħ/VP) li ttemm il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(e) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg tar-rikorrent b’effett mill-31 ta’ Marzu 2014;

jannulla d-deċiżjoni tar-RGħ/VP li tirrifjuta li huwa jinstema’ minkejja li r-rikorrent kien espressament talab dan fl-ittra ta’ introduzzjoni tal-ilment tiegħu tad-9 ta’ Diċembru preċedenti kontra ċ-Chief Operating Officer tas-SEAE għal fatti ta’ fastidju psikoloġiku;jannulla d-deċiżjoni tar-RGħ/VP li tiċħad it-talba tiegħu li jiġi maħtur investigatur estern ta’ livell għoli ħafna, li għandu esperjenza kbira tal-kundizzjonijiet tax-xogħol li jirregolaw l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u u li għandu imparzjalità impekkabbli, sabiex jistabbilixxi l-fatti, li jasal għal konklużjonijiet minnhom u li jagħmel rakkomandazzjonijiet lir-RGħ/VP fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu sussegwentement għal dan l-ilment;jannulla d-deċiżjoni tar-RGħ/VP li l-ilment tiegħu jiġi rreġistrat bħala talba u li tiġi kkunsidrata mid-DĠ HR.D.2 “Affarijiet Legali, Relazzjonijiet ta’ Komunikazzjoni u ma’ Persuni Interessati” fejn ebda membru ma għandu l-grad kif ukoll ma għandux l-awtorità tal-uffiċjal li kontrih huwa mressaq dan l-ilment;jikkund

anna lis-SEAE għall-ispejjeż.