Language of document : ECLI:EU:F:2013:160

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

16 ta’ Ottubru 2013

Kawża F‑50/10

Simone Thérèse De Roos-Le Large

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 69(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim tal-partijiet fuq l-inizzjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat taħt l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu, S. De Roos-Le Large titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li permezz tagħha l-istituzzjoni titlobha r-rimbors tas-somma ta’ EUR 119 507.90 fil-ħmistax-il ġurnata minn meta tiġi riċevuta l-imsemmija deċiżjoni, li fin-nuqqas ta’ dan, hija tipproċedi bl-infurzar.

Deċiżjoni:      Il-Kawża F‑50/10, De Roos-Le Large vs Il-Kummissjoni, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom skont il-ftehim li ntlaħaq bejniethom.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)