Language of document : ECLI:EU:F:2013:210

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tielet Awla)

9 ta’ Diċembru 2013

Kawża F‑3/12

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta r-rimbors 100 % tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent — Tul tal-proċedura — Kawża għad-danni — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fil-liġi”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA abbażi tal-Artikolu 106a tiegħu, li bih L. Marcuccio jitlob, essenzjalment, il-kumpens għad-dannu li jqis li ġarrab minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva li tirrigwarda t-talba li ressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea fil-25 ta’ Novembru 2002 sabiex jikseb ir-rimbors 100 % tal-ispejjeż mediċi tiegħu abbażi tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat fil-liġi. L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Assenza

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

Il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni ma huwiex ta’ natura li jwassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.

(ara l-punt 33)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 20 ta’ Novembru 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑491/11 P, punt 21, u l-ġurisprudenza ċċitata