Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-34/13) 1
(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 – Nuqqas ta’ ammissjoni għal parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni – Aċċess għal dokumenti)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christodoulos Alexandrou (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċizjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.C. Alexandrou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.