Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – A vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/13) 1

(Servizz pubbliku – Sigurtà soċjali – Inċident jew marda kkaġunata mix-xogħol – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Invalidità parzjali permanenti – Talba għal kumpens – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: A (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn C. Mélotte, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba għal kumpens addizzjonali, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunali, sabiex jikseb il-kumpens sħiħ għad-danni materjali u morali li sofra wara l-marda kkaġunata mix-xogħol tiegħu u wara d-diversi irregolaritajiet li kien hemm fl-eżami tal-applikazzjoni tiegħu bbażata fuq l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.