Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 – Ohrgaard vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-151/12) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Kundizzjoni ta’ residenza prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Eżerċizzju ta’ funzjonijiet f’organizzazzjoni internazzjonali – Kunċett – Stage ta’ ħames xhur imwettaq mal-Kummissjoni – Esklużjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jakob Ohrgaard (Frederiksberg, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li jingħata lir-rikorrent id-dritt għall-allowance tal-espatrijazzjoni.Dispożittiv Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-6 ta’ Marzu 2012, li tirrfijuta li J. Ohrgaard jieħu l-benefiċċju tal-espatrijazzjoni, kif emendata bid-deċiżjoni tal-31 ta’ Awwissu 2012 li tiċħad l-ilment, hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn J. Ohrgaard.