Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-41/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Christophe Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2012 u tad-deċiżjoni li tagħtiha punt ta’ mertu għas-sena 2012.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż, id-deċiżjoni fuq il-punti ta’ mertu u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni fuq l-ilment;jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.