Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Laufen (il-Ġermanja) fit-30 ta’ April 2014 – proċeduri kriminali kontra Gavril Covaci

(Kawża C-216/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Laufen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Gavril Covaci

Parti oħra: Staatsanwaltschaft Traunstein

Domandi preliminari

L-Artikoli 1(2) u 2(1) u (8) tad-Direttiva 2010/64/UE 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ordni tal-qorti li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 184 tal-Liġi Ġermaniża dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja, teżiġi mill-persuni akkużati li ma jippreżentawx, taħt piena ta’ inammissibbiltà, appelli ħlief fil-lingwa tal-qorti, f’dan il-każ il-Ġermaniż?

L-Artikoli 2, 3(1)(c), u 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE 2 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li akkużat jiġi ordnat jindika rappreżentant sabiex jirċievi n-notifiki meta t-terminu għall-preżentata ta’ appell jibda jiddekorri mill-komunikazzjoni lir-rappreżentant, u li fl-aħħar mill-aħħar hija irrilevanti l-kwistjoni dwar jekk il-persuna akkużata kellhiex fil-fatt għarfien tal-akkuża?

____________

1     Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, ĠU L 280, p. 1.

2     Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, ĠU L 142, p. 1.