Language of document : ECLI:EU:F:2013:218

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

16 ta’ Diċembru 2013

Kawża F‑30/13

Silvana Roda

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Pensjoni tas-superstiti — Mewt ta’ ex konjuġi — Pensjoni tal-manteniment — Proċedura prekontenzjuża — Rekwiżit ta’ lment — Tardività — Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett:      Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA, skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu S. Roda titlob il-kundanna tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallasha 35 % tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tal-ex konjuġi mejjet tagħha mid-data tal-mewt tiegħu, flimkien mal-interessi fuq l-arretrati.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. S. Roda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali — Ilment amministrattiv imressaq qabel — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2))

It-terminu ta’ tliet xhur sabiex jitressaq ilment kontra att li jikkawża preġudizzju, previst fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa ta’ ordni pubbliku u ma huwiex għad-dispożizzjoni tal-partijiet u tal-qorti, sa fejn dan ġie stabbilit sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tas-sitwazzjonijiet legali, kif ukoll iċ‑ċertezza tad-dritt. Hija għalhekk il-qorti tal-Unjoni li għandha tivverifika, ex officio, jekk dan kienx ġie osservat.

(ara l-punt 13)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim Istanza: 7 ta’ Settembru 2005, Krahl vs Il‑Kummissjoni, T‑358/03, punt 35, u l-ġurisprudenza ċċitata