Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara inapplikabbli, l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Settembru 2013 u tad-9 ta’ Diċembru 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.