Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ et vs Il-Parlament

(Kawża F-49/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M. C. García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lill-evalwatur inizjali tar-rikorrenti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2013.

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2014, ikkonfermata permezz ta’ ittra tat-8 ta’ April 2014, li fiha r-rikorrenti ġew informati bil-ħatra tas-Sur X bħala evalwatur inizjali;kif meħtieġ, is-sospensjoni tal-proċedura tar-rapporti tal-evalwazjoni tal-2013;is-sospensjoni immedjata tas-Sinjura X mill-funzjonijiet kollha tagħha;tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.