Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-43/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tagħlaq il-fajl dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti miksuba mingħand il-Fond Nazzjonali ta’ Assigurazzjoni għax-xjuħija tal-ħaddiema impjegati (CNAVTS)

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali u għalhekk, inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2013 li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tagħlaq il-fajl dwar it-trasferiment tad-drittijiet għal-pensjoni tar-rikorrent miksub mingħand il-Fond Nazzjonali ta’ Assigurazzjoni għax-xjuħija tal-ħaddiema impjegati (CNAVTS);jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.