Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fit-23 ta’ Lulju 2014 – ERGO Insurance SE, li taġixxi permezz tas-susidjarja tagħha ERGO Insurance SE Lietuvos filialas vs If P&C Insurance AS, li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha If P&C Insurance AS filialas

(Kawża C-359/14)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus miesto apylinkės teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ERGO Insurance SE, li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha ERGO Insurance SE Lietuvos filialas

Konvenuta: If P&C Insurance AS, li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha If P&C Insurance AS filialas

Domandi preliminari

Għandu l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (“Ruma I”) 1 , li jipprovdi li, “[m]eta l-liġi applikabbli ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu għandu l-eqreb rabta”, jiġi interpretat fis-sens li li hija l-liġi Ġermaniża li tapplika f’sitwazzjonijiet bħala dik inkwistjoni f’dan il-każ?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda hawn fuq, għandha r-regola stabbilita fil-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) 2 , tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, il-liġi applikabbli għat-tilwima bejn l-assiguratur tat-traktor u l-assiguratur tat-trejler tiġi ddeterminata skont il-liġi tal-pajjiż li fih iseħħ id-dannu kkawżat mill-inċident taċ-ċirkulazzjoni?

____________

1     ĠU L 177, p. 6.

2     ĠU L 199, p. 40.