Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – Best-Lock (Europe) vs UASI – Lego Juris (forma ta’ figurina tal-logħob)

(Kawża T-396/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1696/2013-4 u tiddikjara t-trade mark Komunitarja Nru 50 450 invalida fir-rigward tal-klassi 28;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ figurina tal-logħob għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 28 – Trade mark Komunitarja Nru 50 450Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Lego Juris A/SParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġuni assoluta ta’ invaliditàDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 52 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 207/2009