Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax lir-rikorrent għall-eżamijiet ta’ traduzzjoni – Kompetizzjoni EPSO/AD/263/13 għall-kostituzzjoni ta’ riżerva ta’ reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Taljana.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-19/11/2013 li ma tawtorizzax lir-rikorrent għall-eżamijiet ta’ traduzzjoni;jannulla jekk meħtieġ id-deċiżjoni tas-27/3/2014 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.