Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembre 2014 – Wahlström vs Frontex

(Kawża F-117/13) 1

(Servizz pubbliku – Persunal ta’ Frontex - Membru tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Proċedura ta’ tiġdid – Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal smigħ – Ksur – Influwenza fuq is-sens tad-deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent ma jiġġedditx wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87∕11.DispożittivId-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tad-19 ta’ Frar 2013, li l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju ta’ K. Wahlström ma jiġġedditx, hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ K.  Wahlström.