Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin - il-Ġermanja) – Mohamed Ali Ben Alaya vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-491/13) 1

Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2004/114/KE – Artikoli 6, 7 u 12 – Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju – Rifjut ta’ ammissjoni ta’ persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva – Marġni ta’ evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed Ali Ben Alaya

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru kkonċernat għandu jammetti fuq it-territorju tiegħu ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jixtieq jirrisjedi iktar minn tliet xhur fuq dan it-territorju għal finijiet ta’ studju, sakemm dan iċ-ċittadin ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni previsti b’mod eżawrjenti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-direttiva u sakemm dan l-Istat Membru ma jinvokax kontra tiegħu waħda mir-raġunijiet espliċitament elenkati mill-imsemmija direttiva li tkun tiġġustifika r-rifjut tal-permess ta’ residenza.

____________

1 ĠU C 344, 23.11.2013