Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tal-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz fir-rigward tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
jannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni akkwistati mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.