Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2014 – Forget vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-153/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjal – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tad-dar – Kundizzjoni għall-għoti – Sħubija rreġistrata taħt id-dritt Lussemburgiż – Koppja msieħba stabbli mhux miżżewġa li għandha aċċess għaż-żwieġ ċivili – Uffiċjal li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claude Forget (Steinfort, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Kerger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-allowance tad-dar kif ukoll il-pensjoni tas-superstiti għas-sieħba tar-rikorrent.Dispożittiv tas-sentenzaIr-rikors huwa miċħud.C. Forget għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.