Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – DM vs ORECE

(Kawża F-35/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ – Viżta medika ta’ reklutaġġ –Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Riżerva medika – Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova – Talbiet għal annullament li ma għadx għandhom skop mingħajr għan – Impożizzjoni ta’ riżerva medika mar-reklutaġġ tal-persuna kkonċernata minn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ effett – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: DM (rappreżentanti: inizjalment minn D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. Abreau Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)Konvenut: Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, D. Waelbroeck, A. Duron, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi applikata klawżola medika ta’ riżerva fir-rigward tar-rikorrent mid-dħul tiegħu fil-kariga u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.Dispożittiv Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tieg

ħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti minn DM.