Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-63/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet
jiddikjara illegali u għaldaqstant, inapplikabbli, l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Persunal;
jannulla d-deċiżjonijiet li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħhom fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.