Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Mejju 2014 – CU vs KESE

(Kawża F-42/13) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien indeterminat – Deċiżjoni ta’ rexissjoni ta’ kuntratt)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CU (rappreżentanti: L. Levi et A. Blot, avukati)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati, sussegwentement M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti u t-talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.DispożittivId-deċiżjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tas-16 ta’ Ottubru 2012 u tal-31 ta’ Jannar 2013, li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ CU, huma annullati.Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil CU s-somma ta’ EUR 25 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn CU.