Language of document : ECLI:EU:F:2014:104

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tielet Awla)

21 ta’ Mejju 2014

Kawża F‑46/13

Victor Navarro

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Reklutaġġ — Sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/02/2010 — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Kwalifiki minimi mitluba għar-reklutaġġ — Esperjenza professjonali xierqa — Ċaħda tat-talba għar-reklutaġġ — Proċedura fil-kontumaċja”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li bih M. Navarro jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet II, kif ukoll il-kumpens għad-dannu mġarrab.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali — Evalwazzjoni tal-legalità tal-att ikkontestat abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ dritt li jeżistu fil-mument tal-adozzjoni tiegħu

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

Il-legalità ta’ att tiġi evalwata abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ dritt li jeżistu fil-mument tal-adozzjoni tiegħu.

(ara l-punt 29)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 11 ta’ Lulju 2007, Centeno Mediavilla et vs Il‑Kummissjoni, T‑58/05, punt 151

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 29 ta’ Settembru 2011, Mische vs Il‑Kummissjoni, F‑70/05, punt 70