Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-59/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Servizz pubbliku – Talba għall-kumpens għad-danni materjali u immaterjali sostnuti mir-rikorrent, flimkien mal-interessi moratorji, minħabba t-telf ta’ opportunità tar-rikorrent għal impjieg fl-UE, ibbażata fuq is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29.09.2010 fil-Kawża F-5/08 Brune vs Il-Kummissjoni.Talbietjikkundanna lill-konvenuta għad-danni materjali u immaterjali li r-rikorrent ġarrab, flimkien mal-interessi moratorji, minħabba l-esklużjoni illegali tiegħu mill-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05;jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża;sussidjarjament, jagħti deċiżjoni fil-kontumaċja.