Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 45 u tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-miżuri tranżitorji marbuta magħhom, u l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, kemm ta’ portata ġenerali kif ukoll individwali, dwar il-promozzjoni ta’ tmien rikorrenti, uffiċjali fil-grad AD 12 u AD 13, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment: jikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I, kif ukoll il-miżuri tranżitorji marbuta magħhom;

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, ta’ portata kemm ġenerali kif ukoll individwali, li jibblokkaw kull possibbiltà ta’ promozzjoni dwar ir-rikorrenti, inkwantu uffiċjali ta’ grad AD 12 jew AD 13, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

Sussidjarjament: jannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, ta’ portata kemm ġenerali kif ukoll individwali, li jibblokkaw kull possibbiltà ta’ promozzjoni dwar ir-rikorrenti, inkwantu uffiċjali ta’ grad AD 12 jew AD 13, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.