Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim - il-Ġermanja) – Sandy Siewert et vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-394/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regoli tal-proċedura – Artikolu 99 – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Dewmien twil ta’ titjira – Dritt tal-passiġġieri għal kumpens – Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tat-trasportatur tal-ajru mill-obbligu ta’ kumpens tiegħu – Kunċett ta’ ‘ċirkustanzi straordinarji’ – Ajruplan li saritlu ħsara minn taraġ mobbli għat-tlugħ abbord matul titjira preċedenti)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sandy Siewert, Emma Siewert, Nele Siewert

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li avveniment, bħal fil-kawża prinċipali, bħal ħabta ta’ taraġ mobbli għat-tlugħ abbord ta’ ajruport ma’ ajruplan ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “ċirkustanza straordinarja” li teżenta lit-trasportatur tal-ajru mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lil passiġġieri f’każ ta’ dewmien twil ta’ titjira operata minn dan l-ajruplan.

____________

1 ĠU C 372, 20.10.2014.