Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-59/09 RENV) 1

(Servizz Pubbliku – Kawża mibgħuta lura lejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni annwali – Regolamentazzjoni interna – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Dritt ta’ smigħ – Ksur mill-Kumitat tal-Appell – Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell – Fastidju psikoloġiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal kumpens)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams u G. Nuvoli, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-promozzjonijiet deċiżi fid-29 ta’ April 2008 li ma jinkludux isem ir-rikorrent, kif ukoll tal-evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2007. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell li xorta waħda jagħti deċiżjoni minkejja talba ta’ rikuża. Fl-aħħar nett, il-konstatazzjoni tal-fatt li r-rikorrent huwa vittma ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll il-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-attivitajiet ta’ fastidju u għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali u materjali.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-ħlas tad-danni allegati fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-ħlas tad-danni allegati fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola fil-Kawżi F-59/09, T-264/11 u F-59/09 RENV.

____________

1 ĠU C 205, 29.8.2009, p. 49.