Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tad-29 ta’ April 2015 – Ibánez Martínez vs Il-Parlament

(Kawża F-17/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Attribuzzjoni ta’ punti ta’ mertu – Avviż tal-Kumitat tar-Rapporti – Setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-amministrazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Ibánez Martínez (Leeuw-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u N. Chemaï, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatawx tliet punti ta’ mertu lir-rikorrent għall-proċedura ta’ promozzjoni 2012.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.C. Ibánez Martínez għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.