Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-149/14) 1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/676/KEE – Protezzjoni tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli – Deżinjazzjoni tal-ilmijiet u taż-żoni vulnerabbli – Kontenut eċċessiv ta’ nitrati – Ewtrofikazzjoni – Obbligu ta’ reviżjoni kull erba’ snin – Insuffiċjenza – Twaqqif ta’ programmi ta’ azzjoni – Assenza)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

Billi naqset milli tipproċedi għad-deżinjazzjoni inkwantu żoni vulnerabbli taż-żoni kkaratterizzati mill-preżenza ta’ volumi ta’ ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art affettwati minn konċentrazzjonijiet ta’ nitrati ogħla minn 50 milligramma kull litru u/jew minn fenomenu ta’ ewtrofikazzjoni, u billi ma stabbilixxietx il-programmi ta’ azzjoni relatati ma’ dawn iż-żoni f’terminu ta’ sena wara din id-deżinjazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(4) u 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.