Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2015 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-175/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.-R. Farthouat, J.-P. Mignard u N. Boulay, avukati, S. Crosby, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157 (ĠU L 26 p. 29), li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28 p. 62) sa fejn dawn japplikaw fuq ir-rikorrent, dawn il-miżuri restrittivi fosthom l-iffriżar ta’ fondi fl-Unjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li min-natura, mis-sustanza u mit-tul tagħhom, il-proċeduri kontra r-rikorrent ma jipprovdux lill-Kunsill bi bażi suffiċjenti għall-att ikkontestat.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-att ikkontestat huwa inkompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba li ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġjonevoli fit-tifsira ta l-imsemmi Artikolu 47.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tuneżija temmet b’suċċess it-tranżizzjoni lejn id-demokrazija, kif rikonoxxut inter alia mill-Kunsill innifsu, b’tali mod li l-att ikkontestat ikun nieqes minn kull skop u għalhekk ikun illegali.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u ksur kontinwu tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba f’liema kuntest l-att ikkontestat jikser dan il-prinċipju u huwa illegali.Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-att ikkontestat ġie adottat permezz ta’ referenza biss għall-għanijiet tal-politika estera u tal-politika ta’ sigurtà tal-Kunsill bl-esklużjoni tal-aspetti kriminali tal-kwistjoni u b’mod partikolari tal-fatti tal-kawża.Is-sit

t motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.