Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Dybman vs SEAE

(Kawża F-129/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tas-SEAE – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinarja – Sanzjoni dixxiplinarja – Proċeduri kriminali pendenti fil-mument tal-adozzjoni tas-sanzjoni dixxiplinarja – Identiċità tal-fatti sottomessi lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-qorti kriminali – Ksur tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Dybman (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, D. Verbeke u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-post, mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni.Dispożittiv Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna neħħa lil P. Dybman mill-funzjonijiet tiegħu mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni hija annullata. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundanant li jbati l-ispejjeż sostnuti minn P. Dybman.

____________

1 ĠU C 7, 12.01.2015, p. 61