Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015 – DP vs ACER

(Kawża F-34/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali tal-ACER – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà ta’ rikors – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 6(2) tad-DĠE tal-ACER dwar l-Artikolu 85(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Rikors għad-danni – Preavviż – Dannu morali – Kumpens)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DP (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u S. Vaona, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u talba għad-danni subiti. Dispożittiv tas-sentenza Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija rrifjuta li jġedded il-kuntratt ta’ DP hija annullata. L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija hija kkundannata tħallas lil DP is-somma ta’ EUR 7 000.L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk ta’ DP.

____________

1 ĠU C 184, 16.06.2014, p. 46.