Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 – Roda vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-109/14)1
(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Pensjoni tas-superstiti – Artikolu 27 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Dritt tal-konjugu ddivorzjat tal-uffiċjal li miet – Pensjoni tal-manteniment li tinkombi lill-uffiċjal li miet – Limitu tal-pensjoni tas-superstiti – Rikors manifestament infondat)
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Silvana Roda (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jiżdiedx l-ammont tal-pensjoni tas-superstiti li tibbenefika minnu r-rikorrenti li hija l-ex konjuga ta’ uffiċjal li miet.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.Roda għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 7, 12.01.2015, p. 54.