Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Best-Lock (Europe) vs UASI – Lego Juris (Forma ta’ figurina tal-logħob bi sporġenza)

(Kawża T-396/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ figurina tal-logħob bi sporġenza – Motivi assoluti għal rifjut – Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott – Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2014 (Każ R-1696/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Best-Lock (Europe) Ltd u Lego Juris A/S.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Best-Lock (Europe) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 315, 15.9.2014.