Language of document : ECLI:EU:C:2014:2284

Kawżi magħquda C‑12/13 P u C‑13/13 P

Gérard Buono et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Politika komuni tas-sajd — Kwoti tas-sajd — Miżuri urġenti adottati mill-Kummissjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ottubru 2014

1.        Proċedura ġudizzjarja — Proċedura orali — Ftuħ mill-ġdid — Obbligu li terġa tinfetaħ il-proċedura orali biex il-partijiet ikunu jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u li ma kinux suġġetti għal diskussjoni bejn il-partijiet — Assenza

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 252 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

2.        Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għall-kumpens tad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Assenza ta’ indikazzjonijiet fir-rigward tan-natura u tal-evalwazzjoni tad-dannu subit — Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

3.        Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Responsabbiltà li tirriżulta minn att leċitu — Prinċipju mhux rikonoxxut fid-dritt tal-Unjoni — Motivi intiżi biex jiġi stabbilit dannu mhux normali u speċjali — Motivi ineffettivi

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

4.        Appell — Aggravji — Aggravju fformulat kontra motiv tas-sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha — Motiv ineffettiv

5.        Appell — Aggravji — Appell minn sentenza li tiddeċiedi fir-rigward ta’ kawżi magħquda — Possibbiltà għal kull parti li tindirizza aggravju kontra kull raġunament tal-Qorti Ġenerali, indipendentement mill-motivi mqajma minnha quddiem din tal-aħħar

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58)

6.        Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża — Portata — Motiv ibbażat fuq sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li taffettwa l-legalità tal-att ikkontestat, mingħajr madankollu ma jbiddel is-sitwazzjoni legali tar-rikorrent — Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008)

7.        Appell — Aggravji — Motivi ta’ sentenza vvizzjata minn ksur tad-dritt tal-Unjoni — Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi — Ċaħda

1.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 26-28)

2.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33-35, 38)

3.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43, 46, 64)

4.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 47)

5.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 52)

6.        Skont l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul il-kawża, sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi li joħorġu matul il-proċedura.

Fir-rigward ta’ rikors ippreżentat minn sidien ta’ bastimenti u azzjonisti f’bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Franċiża bi ksur tar-Regolament Nru 530/2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja adottata fil-mori tal-kawża, li tiddikjara lill-imsemmi regolament invalidu biss sa fejn il-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Spanjola bbenefikaw minn ġimgħa supplimentari ta’ sajd, filwaqt li żammet il-validità tad-data ta’ projbizzjoni ffissata għall-bastimenti l-oħra li jistadu bil-purse seines, ma tikkostitwixxix element ta’ liġi ġdid li jippermetti t-tressiq ta’ motiv ġdid. Fil-fatt, peress li l-projbizzjoni ta’ sajd stabbilita għall-bastimenti li jistadu bil-purse seines li jtajru l-bandiera Griega, Franċiża, Taljana, ta’ Ċipru kif ukoll ta’ Malta, baqgħet valida, is-sentenza msemmija ma għamlet xejn ħlief ikkonfermat sitwazzjoni ta’ liġi li r-rikorrenti kienu jafu biha fil-mument meta huma ppreżentaw ir-rikors tagħhom.

(ara l-punti 55, 58-60)

7.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 62)