Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – L-Irlanda) – Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-218/14) 1

(Rinviju preliminari – Direttiva 2004/38/KE – Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) – Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni – Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz – Żamma tad-dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz wara t-tluq mill-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni, segwit b’divorzju – Artikolu 7(1)(b) – Riżorsi suffiċjenti – Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-konjuġi ċittadin ta’ pajjiż terz – Dritt taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jaħdmu fl-Istat Membru ospitanti sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ riżorsi suffiċjenti”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly

Konvenut: Minister for Justice and Equalityf

fil-preżenza ta’: Immigrant Council of Ireland

Dispożittiv

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, iddivorzjat minn ċittadin tal-Unjoni, li ż-żwieġ tiegħu jkun dam mill-inqas tliet snin qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, inkluż mill-inqas sena fl-Istat Membru ospitanti, ma jistax jibbenefika miż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, meta qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, il-konjuġi ċittadin tal-Unjoni jkun telaq mill-imsemmi Stat Membru.L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċittadin tal-Unjoni jkollu riżorsi suffiċjenti għalih u għall-membri tal-familja tiegħu, sabiex ma jkunx ta’ piż għas-sistema tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat Membri ospitanti matul il-perijodu ta’ residenza tiegħu, anki fil-każ li dawn ir-riżorsi joriġinaw parzjalment minn dawk tal-konjuġi tiegħu, li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz.

____________

1  ĠU C 223, 14.07.2014