Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2015 – Ocean Capital Administration a.O. vs Il-Kunsill

(Kawża T-332/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ocean Capital Administration GmbH (Hamburg, il-Ġermanja), First Ocean Administration GmbH (Hamburg), First Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Second Ocean Administration GmbH (Hamburg), Second Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Third Ocean Administration GmbH (Hamburg), Third Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Fourth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Fourth Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Fifth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Fifth Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Sixth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Sixth Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Seventh Ocean Administration GmbH (Hamburg), Seventh Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Eighth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Eighth Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Ninth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Ninth Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Tenth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Tenth Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Eleventh Ocean Administration GmbH (Hamburg), Elevent

h Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Twelfth

Ocean A

dministration GmbH (Hamburg), Twelfth Ocean GmbH & Co. KG (Hamburg), Thirteenth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Fourteenth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Fifteenth Ocean Administration GmbH (Hamburg), Sixteenth Ocean Administration GmbH (Hamburg), IRISL Maritime Training Institute (Tehran, l-Iran), Kheibar Co. (Tehran), Kish Shipping Line Manning Co. (Kish Island, l-Iran) (r

appreżentanti: P. Moser, QC, E. Metcalfe, Barrister, u M. Taher, Solicitor)Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni EwropeaTalbiettiddikjara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 46) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/

2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Ira

n (ĠU L 272, p. 1) inapplikabb

li abbażi ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità;tannulla d-Deċiżjoni tal-

Kunsill (PESK) 2015/556, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 92, p. 101) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/549, tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 92, p. 12) sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti;tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.Motivi u argumenti pri

nċipaliInsostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.L-ewwel motiv, li jikkonsisti f’eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE, li permezz tagħha r-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tiddikjara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 272, p. 1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran inapplikabbli.Ir-rikorrenti jsostnu li l-kriterji adottati b’din id-deċiżjoni u b’dan ir-regolament huma, l-ewwel nett, nieqsa minn bażi legali xierqa, it-tieni nett, nieqsa minn bażi fattwali xierqa, sa fejn, fis-sentenza tagħha Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill (T-489/10, EU:T:2013:453), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li Islamic Republic of Iran Shipping Lines (iktar ’il quddiem, l-“IRISL”) ma kinitx kisret il-miżuri restrittivi imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà, li dawn il-kriterji, it-tielet nett, jiksru d-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv u l-prinċipji ta’ ne bis in idem u tas-saħħa ta’ res judicata, ir-raba’ nett, iwasslu għal diskriminazzjoni kontra l-entitajiet allegatament miżmuma jew ikkontrollati mill-IRISL b’mod mhux iġġustifikat u sproporzjonat, il-ħames nett jiksru d-dritt tar-rikorrenti għad-difiża, is-sitt nett, jiksru, b’mod mhux iġġustifikat u sproporzjonat, drittijiet fundamentali oħra tar-rikorrenti, inkluż id-dritt fundamentali tagħhom għall-proprjetà, id-dritt li jkollhom negozju u d-dritt għar-rispett tar-reputazzjoni tagħhom u, is-seba’ nett, jikkostitwixxu abbuż ta’ poter mill-Kunsill, sa fejn sempliċement applika mill-ġdid l-istess miżuri restrittivi għar-rikorrenti u b’hekk evita l-eżekuzzjoni ta’ sentenza vinkolanti tal-Qorti Ġenerali.It-tieni motiv, li jikkonsisti f’motiv għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, li permezz tiegħu r-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/556, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (ĠU L 92, p. 101) u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/549 tas-7 ta’ April 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 92, p. 12) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti.Ir-rikorrenti jsostnu li din id-deċiżjoni u dan ir-regolament ta’ implementazzjoni huma, l-ewwel nett, nieqsa minn bażi legali xierqa, it-tieni nett, ivvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, it-tielet nett, nieqsa minn bażi fattwali xierqa, li din id-deċiżjoni u dan ir-regolament, ir-raba’ nett, jiksru d-drittijiet tad-difiża u għal motivazzjoni tar-rikorrenti, il-ħames nett, jiksru d-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv, il-prinċipju ta’ ne bis in idem u l-prinċipju ġenerali ta’ aspettattivi leġittimi u, is-sitt

nett, jiksru, b’mod mhux iġġustifikat u sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti u, b’mod iktar partikolari, id-drittijiet tagħhom għall-proprjetà u li jkollhom negozju.

____________