Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Petya Milkova vs Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol

(Kawża C-406/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petya Milkova

Konvenuta: Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol (Aġenzija ta’ privatizzazzjoni u ta’ verifika ta’ wara l-privatizzazzjoni)

Parti oħra fil-proċedura: Varhovna administrativna prokuratura

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilità, jipprekludi leġiżlazzjoni li permezz tagħha l-Istati Membri jistabbilixxu protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?

L-Artikolu 4 u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE 1 , tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, jippermettu li tiġi adottata regola nazzjonali li tagħti protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?L-Artikolu 7 tal-imsemmija Direttiva 2000/78 jippermetti li tiġi stabbilita protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tielet domandi: fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi f’dan il-każ, huwa neċessarju sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet internazzjonali u Komunitarji, li l-protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali, tkun applikata wkoll għall-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.